Oħt il-Maġistrat assassinat mill-Mafja Giovanni Falcone tissieħeb bħala membru onorarju ta’ Repubblika.

Fuq suġġeriment tal-President Dr Robert Aquilina, il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Repubblika ta t-titlu ta’ membru onorarju tal-assoċjazzjoni Repubblika lill-Professoressa Maria Falcone. Oħt Giovanni Falcone laqgħet dan il-ġest u ssieħbet bħala membru ta’ Repubblika.

Giovanni Falcone huwa magħruf madwar id-dinja kollha bħala simbolu tal-ġlieda kontra l-mafja u bħala mudell għoli għal dawk kollha li jixtiequ jwettqu id-dmir tagħhom b’integrità fl-istituzzjonijiet pubbliċi.

Repubblika u l-Fondazione Falcone f’dawn ix-xhur bnew rabta mill-qrib bejniethom.

Il-Professoressa Falcone ser tkun qed tindirizza l-velja li ser issir illejla fis-6:30pm biex tikkommemora l-ħames anniversarju tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Hawn isfel għandkom issibu:

  1. Kopja tal-ittra bit-Taljan li permezz tagħha l-Professoressa Maria Falcone ġiet mogħtija dan it-titlu;
  2. Traduzzjoni tal-ittra bil-Malti u bl-Ingliż; u
  3. Ritratt tal-okkażjoni

Ittra Maria Falcone