Daphne kellha raġun
Ħarsien tal-ġurnalisti wara Daphne
Daphne Kellha Raġun
Dimostrazzjoni ta’ Appoġġ għall-Ġurnalisti u Attivisti
Protesta
Webinar: Semma’ Leħnek 3 – Riforma tal-Awtorità tax-Xandir
F’dan il-webinar, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jisimgħu kif jaħsbuha żewġ esperti, dwar riforma fl-Awtorità tax-Xandir, fid-dawl tal-kuntest kontemporanju tal-midja.
Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem, huma mitluba jibagħtu email fuq [email protected] sa nhar it-Tlieta, 7 ta’ Lulju. Peress li jistgħu jieħdu sehem sa mitt persuna, l-għażla se ssir fuq bażi first come, first served. Dawk li se jkunu jistgħu jieħdu sehem, fil-jum tad-diskussjoni se jirċievu email bil-link li fuqu jkunu jridu jagħfsu ftit qabel ma jibda l-programm.
Nixtiequ ninfurmawkom li l-programm se jiġi reġistrat u wara jkun disponibbli online. L-interventi tal-kelliema se jkunu bil-Malti, waqt li l-mistoqsijiet jew il-kummenti tal-pubbliku jistgħu jsiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
NA